Lokali

Tibdil fil-ħinijiet tat-talb u l-quddies li ser jixxandru fuq it-televiżjoni

L-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof permezz ta’ stqarrija jixtieq javża li ġew aġġornati l-ħinijiet ta’ talb li qed jixxandar fuq it-telviżjoni

Mit-Tnejn sal-Ħadd ser tixxandar Quddiesa kuljum fid-9:30 a.m.

Is-Sibt tixxandar Quddiesa oħra mis-Santwarju Ta’ Pinu, Għawdex, fis-6:30 p.m.
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa ser jixxandar ukoll Rużarju fil-5:30 p.m.
Dawn il-bidliet fil-ħinijiet jidħlu fis-seħħ minn għada s-Sibt 14 ta’ Marzu

Minn għada s-Sibt 14 ta’ Marzu, il-Kurja tal-Arċisqof, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet u l-uffiċċju ċentrali tal-Caritas, u t-Tribunali Ekkleżjastiċi fil-Belt Valletta, se jkunu magħluqin għall-pubbliku. Dan qed isir bħala miżura ta’ prekawzzjoni li tħares is-saħħa u s-sigurtà kemm tal-pubbliku kif ukoll tal-impjegati.

Għalhekk, il-Kurja qed tniedi helpline għal dawk li jkollhom xi mistoqsijiet urġenti relatati mal-ħidma tal-Arċidjoċesi. In-numru 79241281 se jibda jopera minn għada s-Sibt, bejn id-9:00 a.m. u l-4:00 p.m. Wieħed jista’ wkoll jibgħat email fuq info@maltadiocese.org.