Coronavirus Lokali Saħħa Transport

Titjira ta’ ripatrijazzjoni minn Madrid il-Ħadd

Nhar il-Ħadd li ġej se tiġi operata titjira ta’ ripatrijazzjoni minn Madrid għal dawk il-Maltin li nqabdu fi Spanja. fid-dawl li twaqqfu t-titjiriet minn u lejn Spanja kawża tal-imxija tal-Coronavirus.

It-titjira tal-Air Malta KM7584 se titlaq minn Malta fil-11 ta’ filgħodu, għal dawk l-Ispanjoli maqbuda Malta, filwaqt t-titjira ta’ ritorn KM7585 titlaq mill-kapitali Spanjola fis-2.20pm.

Dawk il-Maltin u barranin li jixtiequ jirriturnaw b’dawn it-titjiriet għandhom l-ewwel iċemplu fuq in-numru +356 22042200 jew billi jibagħtu email fuq sitcen.mfea@gov.mt.