Coronavirus Futbol Sport

Tliet plejers mill-Kampjonat Premier ma ħassewx il-ħtieġa ta’ kwarantina

Il-paġna ta’ Replay fuq facebook irrappurtat li waħda mir-raġunijiet li wasslet lill-MFA biex tieħu d-deċiżjoni li twaqqaf kull attività kalċistika għal għaxar ijiem, hi minħabba li kien hemm każijiet ta’ plejers li ma osservawx il-ħtieġa ta’ kwarantina u lagħbu xorta.

Jidher li hemm tal-anqas tliet każijiet ta’ plejers minn tliet klabbs differenti tal-Kampjonat Premier li lagħbu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, anki jekk kienu imsefrin f’pajjiżi fejn hemm riskju għoli tal-Covid-19 u b’hekk naqsu milli jagħmlu kwarantina. Dan għalkemm l-awtoritajiet tas-saħħa ma kinux għadhom imponew il-kwarantina obbligatorja.

Żgur li dan ma jiġġustifikax in-nuqqas ta’ responsabbiltà ta’ dawk li għażlu li ma jagħtux każ id-dmir li jipproteġu lilhom iżda aktar lil ta’ madwarhom. Jidher li t-tliet plejers mill-Kampjonat Premier  huma barranin.