Kważi surreali x-xena mill-Belt Valletta dalgħodu – toroq bla nies u pjazez vojta. Donnu ħadd ma daħal il-belt, għajr għal ftit ħaddiema li kważi bilfors kellhom jirrappurtaw għax-xogħol.
Kmieni dalgħodu, Pjazza San Ġorġ kienet baħħ min-nies. Anke fid-daħla tal-kapitali, ftit kienu n-nies li dehru deħlin.

L-istess xeni spikkaw anke lbieraħ wara nofsinhar malli tħabbar li l-iskejjel kienu se jingħalqu kollha.
Bla dubju li din is-sitwazzjoni qed taffetwa mhux ftit lill-ħwienet li joperaw mill-Belt Valletta, kif fuq kollox qed jiġi affetwat il-bqija tal-pajjiż.




