Coronavirus Lokali

2 fi kwarantina ma jinstabux id-dar waqt l-ispot checks

Issoktaw l-ispezzjonijiet mwettqa mill-Pulizija fuq persuni li għandhom ikunu fuq kwarantina mandatorja b’rabta mal-COVID-19.

Fl-aħħar 24 siegħa l-Pulizija mis-Sezzjoni tal-Administrative Law, flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ħaddiema tad-Direttorat għas-Saħħa wettqu 90 spezzjoni.

Minn dawn l-ispezzjoni żewġ persuni ma nstabux li qed josservaw il-kwarantina u għaldaqstant ġew immultati €1,000 u għal darb’oħra reġgħu ġew ordnati jħarsu l-kwarantina mandatorja.

L-ispezzjonijiet mistenni jissoktaw fis-sigħat li ġejjin.