Illum fit-3.00pm ħin ta’ Malta, l-eks plejer internazzjonali Malti Andrè Schembri se jkun qed jirtira mill-futbol milgħub wara kważi ta’ 13-il sena jilgħab barra minn Malta. It-tim li jilgħab miegħu Chennaiyin, jilgħab il-partita deċiżiva kontra ATK għal min se jkun inkurunat rebbieħ tal-kampjonat Indjan.
Schembri ħabbar id-deċiżjoni li jirtira t-Tnejn li għadda. Hu beda l-karriera fil-Kampjonat Premier ma’ Hibernians fl-istaġun 2002/03 u lejn nofs l-istaġun 2004/05 ingħaqad ma’ Marsaxlokk. Wara li rebaħ il-Kampjonat Premier, Schembri beda l-karriera internazzjonali fis-sajf tal-2007. Minn dakinhar hu lagħab ma’ Eintracht Braunschweig, Carl Zeiss Jena u FSV Frankfurt fil-Ġermanja, Austria Karnten fl-Awstrija, Ferencvaros fl-Ungerija, Olympiakos Volou u Panionios fil-Greċja, Omonia Nicosia u Apollon Limassol f’Ċipru, Boavista fil-Portugall u Chennaiyin fl-Indja.
Mat-tim nazzjonali, Andrè Schembri lagħab 94 logħba u skorja tliet gowls. Hu skorja doppjetta fir-rebħa ta’ 2-1 kontra l-Ungerija f’Ta’ Qali f’Ottubru tal-2006 kif ukoll skorja fid-draw kontra t-Turkija f’Settembru tal-2007.
//= $special ?>