Spanja qed timponi lockdown fi sforz biex trażżan dik li hi firxa mgħaġġla tal-virus Covid-19.
46 miljun Spanjol se jkollhom iżommu mar-restrizzjonijiet imposti b’dan il-lockdown li kien imħabbar ftit tal-ħin ilu mill-Prim Ministru Pedro Sanchez.
Bil-lockdown, il-poplu Spanjol se jkollu joqgħod f’daru, ħlief biex imur jixtri ikel, mediċini u prodotti neċessarji. L-uniku eċċezzjonijiet ikunu żjarat għaċ-ċentri tas-saħħa, jew biex jieħdu ħsieb qraba anzjani jew morda, jew għal xogħol essenzjali.
Id-digriet jagħlaq iċ-ċentri kummerċjali kważi kollha, madankollu dawk li jridu jaħdmu bilfors se jitħallew jivvjaġġaw lejn il-post tax-xogħol, imma anke joħorġu lill-kelb u jmorru għand il-parrukkier.
Iżda kull tip ta’ attivitajiet soċjali huma pprojbiti. Ħwienet tal-merċa u spiżeriji se jibqgħu miftuħin.
Spanja rat in-numru tal-każi tal-virus jirdoppja fl-aħħar 48 siegħa u huwa t-tieni l-agħar pajjiż Ewropew milqut mill-Covid-19 wara l-Italja.
//= $special ?>