Coronavirus Internazzjonali Kummerċ Kurżitajiet

Apple tagħlaq il-ħwienet kollha… minbarra dawk fiċ-Ċina

Il-ġgant tat-teknoloġija, Apple se tgħalaq il-ħwienet kollha tagħha minbarra dawk fiċ-Ċina għal ġimgħatejn. Dan minħabba l-pandemija ta’ Covid-19.

Il-kumpanija, li għandha mijiet ta’ ħwienet madwar id-dinja, qalet li kienet qed tgħalaq il-ħwienet tagħha fi sforz biex tnaqqas kemm jista’ jkun il-firxa tal-virus.

Tom Cook, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, qal li jeħtieġ ilkoll nagħmlu dak kollu possibbli biex inrażżnu l-firxa ta’ Covid-19.