Internazzjonali

Bill Gates se jħalli postu mill-bord tat-tmexxija ta’ Microsoft

Bill Gates se jkun qiegħed iħalli postu mill-bord tal-kumpanija Microsoft dan biex biex jiffoka aktar u aktar fil-filantropija.

Huwa qal li ħa din id-deċizjoni għax jixtieq jiffoka fuq is-saħħa globali, l-iżviluppi edukattivi, u kif ukoll it-tibdil fil-klima. Bill Gates kien irriżenja mill-Kap tal-Microsoft fl-2008, iżda baqa’ fil-bord tat-tmexxija tal-Kumpanija.

F’kummenti li ta wara li ħabbar din l-aħbar, Bill Gates qal li kull parti tal-ħajja hija fażi, u issa jmiss fażi oħra fejn ikun jista’ jiffoka fuq affarjiet oħra li fihom jista’ wkoll jagħmel il-ġid.

Huwa qal li jrid li issa jiffoka fuq l-isfidi l-kbar tad-dinja.