Internazzjonali

CORONAVIRUS: Franza b’iżjed miżuri

Mil-lejla l-ħwienet u l-postijiet pubbliċi fi Franza ser ikunu taħt lockdown.

Din hi d-deċiżjoni ġiet meħuda mill-Gvern Franċiż wara li ġie spjegat li ċ-ċittadini Franċiżi ma kienux qed jobdu l-appelli tal-Awtoritajiet tas-saħħa u xorta waħda kienu qed joħorġu.

Ġie mitlub sabiex it-trasport pubbliku jintuża biss għax-xogħol jew għal affarijiet urġenti. L-Awtoritajiet ordnaw sabiex ristoranti, ħwienet u postijiet tad-divertiment jingħalqu apparti ħwienet tal-merċa u spiżeriji.

Il-Ministru tas-Saħħa Olivier Véran, talab lil min iħaddem sabiex isir aktar teleworking bil-ħaddiema mħeġġa jaħdmu mid-dar mit-Tnejn li ġej.

Madanakollu, ġie spjegat li l-elezzjonijiet lokali li kienu msitennija jittwetqu għada xorta waħda ser isiru filwaqt li s’issa l-ajruporti ser jiżammu miftuħin.

Dan il-lockdown mistenni jidħol fis-seħħ mat-tokki ta’ nofs illejl tal-Ħadd.