Internazzjonali

CORONAVIRUS: Il-fatalitajiet fl-Italja jaqbżu 1,400

Ifiequ 527 fl-aħħar 24 siegħa

Il-fatalitajiet kawża tal-Covid-19 fil-pajjiż ġar tagħna, l-Italja, laħqu l-1,441 – żieda ta’ 175 fl-aħħar 24 siegħa, b’1,518 persuna taħt kura intensiva.

Kelliema għall-Awtoritajiet Taljani kkonfermaw li fil-pajjiż b’kollox hemm 17,750 li huma morda bil-COVID-19, żieda ta’ 2,795 minn nhar il-Ġimgħa.

Madanakollu ppreċiżaw jgħidu li s’issa, 1,966 persuna fiequ għal kollox mill-virus b’527 fl-aħħar 24 siegħa

Ir-reġjun tal-Lombardia għadu l-epiċentru ta-pandemija fl-Italja, b’aktar minn 960 fatalità fl-aħħar 3 ġimgħat, 4898 jinsabu fl-isptar – b’732 taħt kura intensiva.

Intant tħabbru żewġt iplejers oħra tat-tim tal-futbol ta’ Sampdoria li ttestjaw pożittiv għall-Coronavirus. Dawn huma d-difensur Fabio Depaoli u Bartosz Bereszynski.

Fabio Depaoli