Coronavirus Ekonomija Lokali

Daqqa fuq in-negozji; il-Gvern mhux se jħallas il-leave tal-kwarantina

Il-Gvern ħareġ Avviż Legali dalgħodu fit-3am...wara li l-imsieħba soċjali kienu qablu mod ieħor

NET NEWS jista’ jiżvela li l-leave tal-kwarantina se jinġarr minn min iħaddem, u l-Gvern mhux se joħroġ fondi għal dan il-leave.

Permezz ta’ Avviż Legali ppubblikat fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu jingħad b’mod ċar li l-leave tal-kwarantina ġie eċċezzjoni. Dan meta unions u assoċjazzjonijiet li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li l-qbil preliminari mal-Gvern ma kienx dan, iżda l-oppost.

Dalgħodu stess, kien il-Ministru tal-Finanzi innifsu illi kkonferma li l-piż ta’ dan il-leave se jintefa’ fuq min iħaddem. Pajjiżi oħra ħadmu mod ieħor, u ħolqu fond biex ikun ta’ sostenn għall-industrija u n-negozji.