Internazzjonali Sport

“Il-pilota ta’ Sala ma kellux liċenzja li jsuq dak l-ajruplan”

(Ritratt: EPA)

Il-pilota tal-ajruplan li ġġarraf fil-Kanal Ingliż fi triqtu lejn Cardiff ma kellux il-liċenzja biex itajjar dak it-tip ta’ ajruplan.

L-inċident ħalla mejta lil Emiliano Sala, il-plejer li kienu xtraw Cardiff City minn Nantes, u lill-pilota David Ibbotson.

L-Air Accidents Investigation Branch tar-Renju Unit ħabbret din l-aħbar il-Ġimgħa wara investigazzjonijiet ta’ x’seta’ wassal għal dan l-inċident.

Il-familja ta’ Sala qalet li din l-aħbar se tgħin biex tinħareġ il-verità madankollu huma sostnew li għad hemm ħafna mistoqsijiet li għadhom mhux imwieġba.

Min-naħa tagħhom il-klabb ta’ Cardiff City sostna li se jibqa’ jagħmel pressjoni biex f’każ li kien hemm ksur ta’ liġi, jittieħdu l-passi kollha legali biex issir ġustizzja.