Internazzjonali

Il-Polonja tħabbar lockdown; jitwaqfu t-titjiriet u d-dħul tal-barranin

Il-Prim Ministru tal-Polonja, Mateusz Morawiecki ordna lockdown mal-pajjiż kollu minħabba l-Coronavirus. Dan ifisser li ristoranti, bars, ħwienet u fruntiera ngħalqu kollha filwaqt li t-tijiriet kollha ġew ikkanċellati.

Dan seħħ hekk kif fil-pajjiż hemm 68 każ konfermat s’issa u imwiet wieħed kaġun tal-Coronavirus. Barra dan, f’post wieħed ma jistax ikun hemm iktar 50 persuna biex jiġi evitat it-tixried tal-virus. Il-Prim Ministru qal li dawn il-passi qed jittieħdu għas-siġurtà taċ-ċittadini kollha.

B’mod temporanju se jkunu hemm il-projbizzjoni tal-barranin milli jidħlu fil-pajjiż sakemm is-sitwazzjoni tkun taħt kontroll.

Il-Prim Ministru qal li farmaċiji u ħwienet tal-merċa biss se jibqgħu miftuħin. Ħwienet oħrajn, banek u ċentri ta’ servizz barra shopping malls mhumiex se jkunu effettivi.