Lokali

IL-UPE bi pressjoni fuq il-Gvern għal-lockdown

Immaġni mil-laboratorju tal-Coronavirus

Il-UPE wkoll qed tagħmel pressjoni fuq il-Gvern biex isejjaħ lockdown f’Malta fid-dawl tal-COVID-19. Dan hekk kif hu evidenti li dan għandu jseħħ b’mod immedjat.

L-Unjoni tisħaq li l-poplu wasal biex isaqsi il-mistoqsija meta se jsir lockdown minflok jekk għandux iseħħ. Huma qed jgħidu li din id-deċiżjoni trid tkun immedjata biex jiġi evitat li l-Coronavirus jinfiriex bla bżonn.