Internazzjonali

Ir-Russja tagħlaq il-fruntieri bejn pajjiżi oħra

Ir-Russja ħabbret li l-fruntieri ta’ bejn pajjiżi ġirien tagħhom, in-Norveġja u Polonja, se jingħalqu biex jitnaqqas it-tixrid tal-Coronavirus. Dan se jiġi fis-seħħ minn nofs il-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd.

Hekk kif il-pajjiż ħabbar dan, il-Gvern tan-Norveġja ħeġġeġ lin-Norveġiżi biex jirritornaw lura pajjiżhom qabel ma r-Russja tgħalaq il-fruntieri. Dan filwaqt li ssuġġeriet biex ma jsirx ivvjaġġar f’pajjiżi oħra.

Barranin fir-Russja se jkunu jistgħu joħorġu iżda mhux jidħlu fil-pajjiż.

Minn naħa l-oħra, it-titjiriet tnaqqsu f’pajjiżi Ewropej filwaqt li ma ħallewx iktar barranin ġejjin miċ-Ċina.

F’Moska ġie mħabbar b’45-il każ ta’ kontaminazzjoni tal-COVID-19 iżda l-ebda mewt.