Coronavirus Internazzjonali

It-Taljani jissekkwestraw 840,000 ingwanta sejrin lejn l-Iżvizzera

Il Guardia di Finanza Taljana issekkwestrat mat-840,000 inganwant u 120 maskra FP2 li kienu fi triqthom lejn l-Iżvizzera. Dan bi ksur ta’ direttivi ġodda li jipprojbixxu l-esportazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni minħabba l-emerġenza kkawżata bil-Covid-19.

Dawn l-oġġetti ġew issekkwestrati f’żewġ operazzjonijiet – waħda fil-5 u l-oħra fl-10 ta’ Marzu. Il-prodotti li nqabdu fl-imħażen tad-dwana, se tiġi mqassma liċ-ċentri tas-saħħa fir-reġjun tal-Lombardia mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.