Lokali

It-toroq ta’ Tas-Sliema u tal-Belt vojta għajr għat-turisti

Il-ħajja ta’ kuljum f’pajjiżna kull ma jmur qed tinbidel hekk kif kullma jmur qed ikompli jikber in-numru tal-każi tal-Covid19… Silenzju mhux normali f’Tas-Sliema, fejn imdorrijin  bil-ħsejjes kontinwi tal-vetturi… ħoss li kien nieqes illum.  L-istess skiet fil-Belt Valletta.

Ħadna l-kumment ta’ xufier tat-taxi, fejn qalilna li l-ġurnata kienet kwieta ħafna.

Il-ftit nies li kien hemm Tas-Sliema tista tgħid kienu kollha  turisti. Anke fil-Belt, sa minn kmieni filgħodu dehru turisti għaddejin fit-toroq principali. Jidher li l-kwarantina li suppost hi obbligatorja…ma tantx qed tinkwieta lil dawn it-turisti u sa issa ħadd ma jaf jekk hux qed jingħataw multi jew le.