Lokali

Jingħalqu numru ta’ ristoranti u bars f’Malta

Numru ta’ ristoranti u bars ħabbru li se jkunu qed jgħalqu l-bibien tagħhom għaż-żmien li ġej minħabba l-Coronavirus.

Dan ħareġ fi stqarrija mill-Assoċjazzjoni tal-Istabillimenti tal-Catering wara li diversi membri kkomunikaw bejniethom din id-deċiżjoni hekk kif kien qed ikollhom ftit jew lil ħadd fl-istabbilimenti tagħhom.

In-nuqqas ta’ klijenti wasal minħabba n-nuqqas ta’ turisti f’pajjiżna u anke għal fatt li diversi Maltin b’mod volontarju qed jagħmlu lockdown personali wara l-appelli tal-awtoritajiet.

L-Assoċjazzjoni qed tipproponi lil Gvern biex jittieħdu l-miżuri t’hawn taħt:

  1. Wieħed ikun jista’ iħallas il-kontijiet lil Arms Limited iktar tard mis-soltu
  2. Diskussjonijiet ma’ banek lokali għal self bl-ebda interessi b’mod temporanju
  3. L-użu tal-fond tal-maternità biex inaqqas il-ħlas tas-salarji għal dawk li ma jkeċċux lill-impjegati
  4. Tirrinunzja t-taxxa tas-sid biex il-kiri jitnaqqas b’50%