Internazzjonali

Jitilfu ħajjithom bejn il-fruntiera tal-Istati Uniti u l-Messiku

Tfajla tqila ta’ 19-il sena mill-Gwatemala tilfet ħajjitha wara li waqgħet meta kienet qed tipprova titla’ l-ħajt tal-fruntiera ta’ bejn il-Messiku u l-Istati Uniti. B’kawża ta’ dan, it-tarbija fil-ġuf, ukoll tilfet ħajjitha.

It-tfajla kienet qed tivvjaġa mal-għarus tagħha ta’ 26 sena li huwa wkoll missier it-tarbija.

Rapporti qed jgħidu li hi kienet taħdem bħala social worker u kienet ukoll rebħet kompetizzjonijiet tas-sbuħija u riedet tmur l-Istati Uniti biex tkun tista’ tgħin lill-familja tagħha finanzjarjment.