Coronavirus Internazzjonali

Jiżdiedu l-plejers ittestjati pożittivi fl-Italja

Żdiedu l-plejers li jilgħabu fil-Kampjonat Serie A Taljan ittestjati pożittivi għall-COVID-19.

Wara li l-attakkant ta’ Sampdoria Manolo Gabbiadini mmarka pożittiv għall-Coronavirus, ħareġ fid-deher li l-Blucerchiati għandhom 4 plejers oħra. Dawn huma; Omar Colley, Albin Ekdal, Antonino La Gumina u Morten Thorsby.

Dan filwaqt li l-attakkant ta’ Fiorentina Dusan Vlahovic ittestja wkoll pożittiv għal dan il-virus sabiex ingħaqad mal-5 ta’ Sampdoria u d-difensur ta’ Juventus Daniele Rugani.

Filwaqt li l-kampjonati Taljani ġew sospiżi momentarjament kawża tal-pandemija, flimkien ma’ diversi kampjonati Ewropej oħra, fl-Italja s’issa tilfu ħajjithom kawża tal-COVID-19 1, 266.