Edukazzjoni Lokali

Kampanji letterarji biex toqgħod ġewwa u taqra ktieb

B’reazzjoni għall-ġrajjiet kurrenti u l-pandemija li ħarbtet il-ħajja ta’ kuljum u qed iżżomm ħafna nies id-dar, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb nieda l-kampanja “Oqgħod Ġewwa, Aqra Ktieb”

Il-KNK qed jistieden lin-nies biex jibgħatu r-ritratt tagħhom bil-ktieb, waqt li qed jaqraw. Dan biex imbagħad il-Kunsill itella’ wkoll ritratt bit-titlu tal-ktieb, u l-isem tal-awtur fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook.

Intant l-Għaqda tal-Malti nediet kampanja “Kwarantina? Aqralna kwartina”. Din il-kampanja hija għal dawk li jixtiequ jaqraw siltiet minn kitbiet favoriti tagħhom bħal poeżiji, novelli u rumanzi, u waqt li qed jaqraw jieħdu filmat u wara jibgħatuh lill-Għaqda.

Eventwalment l-Għaqda se ttella’ l-filmat fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha.