Lokali

L-MUT titlob lill-Gvern għal lockdown

L-MUT qed titlob lil Gvern biex isejjaħ lockdown f’Malta fid-dawl tal-COVID-19 hekk kif hu evidenti li dan għandu jseħħ b’mod immedjat.

L-Unjoni qalet dan fi stqarrija fejn żiedet tgħid li pajjiżna wasal għal mistoqsija ta’ meta se jsir lockdown minflok jekk għandux iseħħ. Hi żiedet tgħid li deċiżjoni mmedjata twassal biex jiġi evitat li l-Coronavirus jinfiriex bla bżonn.