Coronavirus Internazzjonali

Il-Libja tagħlaq il-portijiet

Il-Prim MInistru Libjan Fayez al-Serraj

Il-Prim Ministru Libjan Fayez al-Serraj iddikkjara stat ta’ emerġenza fil-pajjiż minħabba l-Coronavirus u se jkun qed jagħlaq il-portijiet kollha tal-ajru u tal-baħar minn nhar it-Tnejn.

Serraj, li ndirizza n-nazzjon aktar kmieni llejla, qal li l-gvern tiegħu alloka 500 miljun Dinar Libjan, jew madwar €323,500,000 għall-ġlieda kontra l-virus jekk din tasal il-Libja, għalkemm sa issa ma hemm l-ebda każ konfermat.

Skont kelliem għaċ-ċentru tal-kontroll tal-mard. inħabba l-kunflitti kontinwi fil-pajjiż, il-Libja m’għandhiex il-faċilitajiet neċessarji biex tiġġieled il-marda.