Coronavirus Għawdex Lokali

Raġel bid-deni jitla’ fuq il-vapur t’Għawdex minkejja li twaqqaf

Aktar kmieni llum waqt proċess ta’ screening fit-terminal tal-Gozo Channel, raġel ta’ nazzjonalità barranija nstab li kellu d-deni.

Minkejja li l-persuna kien mitlub sabiex ma jitlax fuq il-vapur, ir-raġel xorta waħda tela’.

Dan wassal sabiex huwa kellu jitniżżel minn fuq il-vapur tal-Gozo Channel wara li ġew msejħa l-Pulizija għall-assistenza.

Dan filwaqt li unit apposta bdiet il-fumigazzjoni u diżinfettar tat-terminal, tal-passiġġiera, tal-vapur tal-Gozo Channel u tal-karozzi li kienu laħqu telgħu abbord.