Lokali

Sebgħa arrestati fuq traffikar ta’ droga

Sebgħa ġew arrestati l-Ġimgħa filgħodu fuq traffikar ta’ droga wara li fil-pussess tagħhom instabu droga, fosthom eroina, kokaina, cannabis, u anke crack cocaine.

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga assistiti mill-Pulizija ta’ Special Intervention Unit wettqet rejd f’fond li jinsab fi Triq Allessandra, f’Bormla, fejn allegatament kien qiegħed isir traffikar ta’ diversi tipi ta’ droga illeċita.

Dawk arrestati huma erba’ irġiel u tliet nisa, li l-età tagħhom tvarja bejn it-18 u 47 sena, kollha Maltin.

Il-persuni kollha ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal iżjed stħarriġ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.