Coronavirus Lokali

“Stay Home”: Tfajjel b’messaġġ ta’ tama u kuraġġ

Tfajjel residenti f’Ħal Għargħur għażel li jagħmel kartellun mal-gallarija tar-residenza tiegħu b’messaġġ ta’ tama u kuraġġ, biex in-nies jibqgħu f’darhom u kif ukoll biex ikollna rispett lejn xulxin.

Dan il-messaġġ għamlu bl-għan biex in-nies jibqgħu sikuri f’darhom u b’hekk nipprevenu t-tixrid tal-Covid-19.

Riċentament kien hemm appelli biex in-nies jibqgħu f’darhom u ma joħorġux mid-dar ħlief għal meta vera jkollhom bżonn.

Wara ħafna appelli wkoll ingħalqu l-iskejjel, miżura essenzjali biex it-tixrid tal-virus jitnaqqas.