Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Trump ittestjat għall-Covid-19

Ritratt AP News

Il-President Amerikan Donald Trump qed jistenna r-riżultat għat-test tal-Covid-19 wara li kellu kuntatt ma’ persuna li żviluppa l-virus.

Il-ġimgħa li għaddiet Trump kellu laqgħa ma’ delegazzjoni Brażiljana li kellha fostha persuna li minn dakinhar ‘l hawn żviluppa l-virus.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Trump qal li sa issa fl-Istati Uniti mietu 50 persuna bil-virus.

Hu avża lill-ġurnalisti li qabel daħal għall-konferenza, ġie ttestjat għad-deni, u li nstab li kellu temperatura normali. Ġurnalisti li attendew għall-konferenza wkoll itteħditilhom it-temperatura.

Intant wara li ftit tal-jiem ilu Trump kien ħabbar li se jwaqqaf it-titjiriet mill-pajjiżi Ewropej kollha minbarra r-Renju Unit , wara ż-żieda fil-każi fl-Ingilterra issa anke dawn it-titjiriet se jitwaqqfu.