Nistennew li l-Gvern juri b’mod ċar kif se jkun qed juża r-riżervi li għandu biex jgħin lin-negozji f’dan iż-żmien ta’ sfida
Hekk stqarret il-Kamra tal-Kummerċ b’reazzjioni għall-konferenza tal-aħbarijiet minn Robert Abela aktar kmieni llum. Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li tistenna li l-Gvern ikunu aktar kuraġġuż u jindika b’mod ċar meta u kif se juża r-riżervi li għandu biex jagħmel tajjeb għall-isfidi li qed jiffaċċjaw in-negozji f’pajjiżna bħalissa.
Hi kkritikat ukoll il-fatt li l-Gvern għamel tibdiliet fil-liġi fl-aħħar sigħat biex il-leave tal-kwarantina jiġi meqjus bħal leave għall-ġuri, jiġifieri li jrid jitħallas mill-kumpaniji u għaldaqstant se jkompli jżid il-piż fuq in-negozji.
Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li sfortunatament il-mod kif ittieħdet din id-deċiżjoni u l-istituzzjonjiiet kompetenti inqabżu għal kollox f’din id-deċiżjoni.
L-istqarrija tal-Kamra tgħid li l-Gvern injora kompletament lill MCESD u lill-Employment Relations Board u tmur direttament kontra l-opinjonijiet ċari tal-imsieħba soċjali li lkoll qablu għal kollox fuq din il-kwestjoni.
Il-Kamra ta-Kummerċ kompliet tinsisti li l-leave tal-kwarantina għandu jitħallas mir-riżorsi u r-riżervi tal-Gvern, u li f’każ li dan ma jsirx, dan iżid it-theddida għan-negozji.
Il-proposti tal-Gvern, tkompli l-istqarrija, ma jagtħu l-ebda assigurazzjoni lill-ekonomija lokali f’termini ta’ pjan potenzjali għal lockdown fi sforz li tkun issalvagwardjata s-saħħa pubblika. Sabiex tiġi evitata katatastrofi ekonomiku, irid ikun hemm djalogu komplut u inklussiv.
Il-Kamra temmet l-istqarrija billi appellat lill-Gvern biex iżomm konsultazzjoni kontinwa u biex juża r-riżervi nazzjonali f’mod tajjeb biex il-pajjiż jippjana sew għal kull eventwalità.
//= $special ?>