Kienu 4 biss il-każi ġodda ta’ Coronavirus irreġistrati lbieraħ f’Wuhan – dak li kien l-epiċentru tal-virus pandemiku f’Hubei iċ-Ċina.
Skont l-aħħar aġġornamenti maħruġa mill-Kummissjoni tas-Saħħa Nazzjonali taċ-Ċina dan huwa l-aktar livell baxx ta’ infezzjonijiet ġodda minn Jannar ‘l hawn, minn meta bdiet tinġabar data dwar il-virus.
U għall-ewwel darba, in-numru ta’ infezzjonijiet li ġew impurtati minn barra qabżu dawk lokali. Minbarra l-erba’ każi ta’ Wuhan, is-seba’ każi l-oħra rreġistrati fiċ-Ċina kienu kollha każi impurtati. Dawn kienu 4 każi f’Shanghai, 2 Gansu u ieħor f’Peking.
//= $special ?>