Coronavirus Sport

Żewġ plejers oħra ta’ Fiorentina jimmarkaw pożittivi

Telgħu għal disgħa l-plejers fil-Kampjonat Serie A Taljan li ttestjaw pożittivi għall-COVID-19. Wara li ħabbru lill-attakkant Dusan Vlahovic, Fiorentina ħabbru li l-Captain German Pezzella kif ukoll l-attakkant Patrick Cutrone huma pożittivi għall-Coronavirus.

Dan filwaqt li ħabbru wkoll li mmarka pożittiv ukoll il-fiżjoterapista tal-klabb Viola Stefano Dainelli.

Dan wara li tħabbar li d-difensur ta’ Juventus Daniele Rugani, u ħamest iplejers ma’ Sampdoria fosthom Gabbiadini u Ekdal immarkaw pożittivi wkoll.