Lokali

AGEM qed tipproponi vjaġġar għall-Għawdxin biss

Wara l-każ tal-bieraħ fil-port taċ-Ċirkewwa, l-AGEM wasslet biex tipproponi li l-ivvjaġġar bejn Malta u Għawdex isir BISS liċ-ċittadini li għandhom ir-residenza permanenti tagħhom f’Għawdex.

Għalhekk, l-introduzzjoni b’effett immedjat ta’ restrizzjonijiet ta’ vjaġġar ġodda ikomplu ma’ dawk diġà mħabbra.

Barra minn hekk, biex tissalvagwardja aktar il-professjonisti mediċi kollha, AGEM tħeġġeġ lill-Gvern biex iħabbar miżuri għall-individwi kollha li jipprovdu dikjarazzjonijiet foloz relatati kemm mal-ivvjaġġar u l-kwarantina lill-awtoritajiet tas-saħħa waqt l-ittestjar.

F’dn il-mument kruċjali għal pajjiżna, AGEM itenni l-appell tiegħu għall-ħaddiema Għawdxin kollha biex jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji, biex jevitaw vjaġġar bla bżonn bejn il-gżejjer, u biex isegwu dejjem il-parir mogħti mill-awtoritajiet tas-Saħħa!

Fl-aħħarnett, AGEM irringrazzjat lill-ħaddiema kollha fis-settur mediku, il-korp tal-pulizija u l-armata, li qegħdin jaħdmu b’dedikazzjoni kbira u sagrifiċċju kull siegħa għall-aħjar interess tan-nazzjon.