Lokali

Il-bdoti tal-Air Malta se jibqgħu jservu l-pajjiż

Fi stqarrija mahruga mill-Assocjazzjoni tal-Bdoti tal-Air Malta (ALPA) intqal illi l-bdoti tal-linja nazzjonali tal-ajru se tibqa’ sservi lill-pajjiz fl-ahjar interess nazzjonali, f’dan il-mument tassew difficli.

“Kulhadd ghandu jinghaqad f’dan il-mument delikat”, tghid l-istqarrija tal-ALPA.

L-assocjazzjoni qalet li kemm il-kaptana kif ukoll il-first officers tal-Air Malta huma fost dawk li direttament qed ipoggu lilhom infushom fil-frontline ta’ din il-krizi. Izda dan qed isir ghall-aqwa interess tal-pajjiz.

It-Tnejn se ssir titjira ta’ ripatrijazzjoni minn Ruma għal dawk il-Maltin li nqabdu fl-Italja. fid-dawl li twaqqfu t-titjiriet minn u lejn l-Italja kawża tal-imxija tal-Coronavirus.

It-titjira KM613 titlaq mill-kapitali Taljana fl-10:10am.

Dawk il-Maltin u barranin li jixtiequ jirriturnaw b’dawn it-titjiriet għandhom l-ewwel iċemplu fuq in-numru +356 22042200 jew billi jibagħtu email fuq sitcen.mfea@gov.mt.