Futbol Sport

Draw bejn Galatasaray u Besiktas

(Ritratt: EPA)

Galatasaray tilfu opportunità li jitilgħu punt taħt il-leaders Trabzonspor meta kienu miżmuma fi draw ta’ mingħajr gowls kontra Besiktas f’logħba li ntlagħbet fit-Turk Telecom Stadyum iżda bil-bibien magħluqa minħabba l-kriżi tal-coronavirus. B’dan ir-riżultat, Galatasaray jinsabu tliet punti wara Trabzonspor u Istanbul Basaksehir.

Besiktas kellhom gowl imħassar fl-ewwel taqsima b’gowl ta’ Burak Yilmaz li skorja minn angolu ristrett. Iżda l-attakkant ġie ġġudikat li kien f’pożizzjoni ta’ offside u l-gowl ġie ġustament imħassar. Iż-żewġ naħat kellhom okkażjoni li jirbħu, b’Sofiane Feghouli, Radamel Falcao u Georges-Kevin N’koudou kollha jfallu okkażjoni li jiskorjaw.