Coronavirus Futbol Sport

Ikkanċellati tliet tournaments WTA minħabba l-coronavirus

(Ritratt: EPA)

Il-World Tennis Association se tkun qed tieħu aktar żmien biex tiddeċiedi dwar jekk hux se tissospendi l-kalendarju tagħha kawża tal-pandemija tal-coronavirus. L-ATP ssospenda t-tennis tal-irġiel għal sitt ġimgħat qabel il-Federazzjoni Internazzjonali tat-Tennis ipposponiet l-avvenimenti kollha sal-20 ta’ April.

L-Assoċjazzjoni li tmexxi t-tennis tan-nisa, fil-bidu qalet li mhux se ssegwi lill-ATP qabel ikkanċellat it-tournaments f’Charleston, Guadalajara u Bogota. “Id-WTA għandha obbligazzjoni lejn il-membri tagħha biex tipprovdi opportunitajiet ta’ logħob u nħossu li aħjar noffru ftit aktar ħin biex naraw jekk dawn l-opportunitajiet jistgħux jibqgħu,” qalet kelliema għall-assoċjazzjoni.

Il-Federazzjoni Internazzjonali ssospendiet il-verżjoni l-ġdida tal-fażi finali tal-Fed Cup li kienet se ssir f’Budapest f’April. Dan minbarra li t-tournament popolari tal-Indian Wells f’California tħassar fl-aħħar minuta. It-tournaments li jmiss WTA jibdew fl-20 ta’ April fi Stuttgart u Istanbul, f’dak li se jkun il-bidu tal-istaġun fuq court tat-tafal.