Coronavirus Internazzjonali Lokali Saħħa

Ikomplu jiżdiedu l-vittmi… iżda jiżdiedu wkoll dawk li fiequ

Hekk kif in-numru ta’ persuni li qed jitilfu ħajjithom kawża tal-COVID-19 qiegħed kulmajmur dejjem jiżdied.. qed jiżdied ukoll in-numru ta’ każi ta’ fejqan minn dan il-virus.

S’issa madwar id-dinja kollha mietu 5,839 persuna filwaqt li fiequ 75,937. Dawk pożittvi għall-coronavirus jammontaw għal 156,949.

Il-fatalitajiet kawża tal-Covid-19 fil-pajjiż ġar tagħna, l-Italja, laħqu l-1,441 – żieda ta’ 175 fl-aħħar 24 siegħa, b’1,518 persuna taħt kura intensiva.

Intant fi Spajna s’issa mietu 196 persuna, filwaqt li dawk pożittivi issa telgħu għal 6,391. Fir-Renju Unit il-każi issa telgħu għal 1,140, filwaqt li s’issa tilfu ħajjithom 21 persuna.

Fi Franza l-fatalitajiet issa telgħu għal 91 filwaqt li dawk li rriżultaw pożittiv għall-coronavirus issa tela’ għal 4.469. Dan filwaqt li fil-Ġermanja s’sissa mietu 9 persuni u l-każi telgħu għal 4,599 persuna.

F’pajjiżna s’issa hawn 18-il każ li ttestjaw pożittiv għall-COVID-19 filwaqt li fieqet persuna waħda.