Il-familja tal-plejer ta’ Tottenham Jan Vertonghen ħelsu mingħajr ma weġġgħu wara li erbat irġiel armati daħlu fid-dar tad-difensur waqt li kien qed jilgħab fil-UEFA Champions League kontra Leipzig it-Tlieta li għadda.
Il-Pulizija kkonfermat li l-irġiel kienu lebsin il-balaclavas u sfurzaw lilhom infushom fid-dar ta’ Vertonghen f’Londra u serqu numru ta’ oġġetti qabel telqu. Kelliem għal Tottenham qal li qed jagħtu sapport lill-Belġjan u l-familja tiegħu f’dan il-mument diffiċli.
Kelliem mill-Pulizija qal li ħadd ma weġġa’ fl-inċident u s-suspettati telqu mill-post qabel l-uffiċjali kienu waslu. L-investigazzjoni qed tkompli u sa issa għadu ma sar l-ebda arrest.
//= $special ?>