Coronavirus Lokali Saħħa

Il-każi pożittivi f’Malta jitilgħu għal 21 każ

Tfieq it-tieni persuna mill-COVID-19

Fl-aħħar sigħat tliet persuni oħra rriżultaw pożittiv għall-COVID-19.

L-ewwel każ ġdid huwa ġuvni ta’ 23 sena li jaħdem bħala Health Care Worker. Dan il-ġuvni mar l-Irlanda fis-7 ta’ Marzu u ġie lura fl-10 ta’ Marzu. Is-sintomi bdew fl-14 ta’ Marzu u minn dakinhar, il-ġuvni ma baqax għax-xogħol. Il-Membri li jgħixu fid-dar tiegħu, bħalissa qedgħin fi kwarantina.

Student ta’ 20 sena li mar ukoll l-Irlanda kien it-tieni każ ġdid li żviluppa matul il-lejl li għadda. Il-ġuvni beda jħoss is-sintomi fit-12 ta’ Marzu u kien laħaq mar l-Universita għal xi ħin.

L-aħħar każ ġdid huwa Portugiz ta’ 21 sena li kien qiegħed Madrid u kif ġie lura mal-ewwel qagħad kwarantina.

Għalhekk il-każi pożittivi f’pajjiżna telgħu għal 21 każ, bi 2 minnhom jidher li fortunatament fiequ.