Coronavirus Kurżitajiet Lokali Saħħa

It-Tlieta filgħaxija kulħadd fit-twieqi u l-gallariji

Fl-aħħar ħin fuq Facebook beda jdur messaġġ biex nhar it-Tlieta fid-9.00pm kulħadd joħrog fit-twieqi jew il-gallariji tagħhom sabiex Malta kollha tingħaqad f’ċapċipa kbira b’apprezzament lit-tobba, infermiera u paramediċi kollha li bħalissa huma fuq quddiema fil-ġlieda kontra l-Covid-19.

Il-messaġġ jistieden lill-pubbliku biex jagħmel standing ovation madwar Malta u Għawdex kollu bħala ringrazzjament lil dawn l-eroj li qed jaħdmu f’dan iż-żmien diffiċli u bħala inkoraġġiment sabiex ikomplu bil-ħidma tagħhom.

Il-post itemm b’appell biex kulħadd imexxi l-kelma sabiex il-messaġġ jasal għand kemm jista’ jkun nies.