Coronavirus Ekonomija Kummerċ Lokali

KRIŻI FIS-SUQ TAX-XOGĦOL: 19-il negozju jitolbu għajnuna immedjata lill-Gvern

19-il negozju ġibdu l-attenzjoni lill-Gvern fuq is-sitwazzjoni ddisprata li l-industrija tal-kummerċ qed tiffaċċja fid-dawl taċ-ċirkustanzi preżenti li qed ikollhom effett negattiv fuq il-ħwienet kollha, esklużi s-supermarkets u l-ispiżeriji.

Fi ftit jiem, dawn in-negozji soffrew nuqqas kbir ta’ bejgħ. Minkejja n-nuqqas ta’ lockdown nazzjonali, il-biċċa l-kbira tal-komunità Maltija qed tosserva l-pariri tal-awtoritajiet lokali u qed iżżomm lura mill-kuntatt soċjali, li l-aktar u direttament jolqot ix-xiri.

Barra minn hekk, dan is-settur għandu wkoll dipendenza fuq l-industrija tat-turiżmu, li f’dan l-istadju hija prattikament ineżistenti. Mill-bieraħ, il-biċċa l-kbira tal-ħwienet tagħna kellhom kummerċ biss 15% . Il-kummerċ f’dawn il-livelli, u possibbilment agħar fil-jiem li ġejjin, qed ikollu effetti devastanti fuq in-negozji.

Bħal industriji oħra, teżisti wkoll l-biża li din is-sitwazzjoni mhux ser terġa’ lura għan-normalità fi żmien qasir.

Kull kumpanija għandha impjegati,, kirjiet, sistemi tal-IT, utilitajiet u ħwienet biex jieħdu ħsieb matul dan il-perjodu delikat. B’differenza minn servizzi oħrajn, dawn in-negozji jeħtieġu il-preżenza fiżika tal-maġġoranza tal-impjegati fil-ħwienet. Huwa probabbli li, f’nofs din il-pandemija COVID-19, dawn il-ħwienet ikollhom ibiegħu l-istokk bi prezzijiet baxx li jwasslu għal aktar telf.

Fin-nuqqas ta’ miżuri effettivi adottati mill-Gvern biex titjieb din il-qagħda, il-kumpaniji, ġew kostretti li jieħdu azzjonijiet inizjali inkluż it-tnaqqis ta’ sigħat u jiem tal-ftuħ tal-ħwienet.

Il-Kumpaniji ħarġu wkoll b’diversi miżuri li jaħsbu li għandhom jittieħdu, fejn fost l-oħrajn jinkludu –

  • Konferma uffiċjali li d-differiment tal-pagamenti fiskali li ġew imħabbra riċentament jinkludi wkoll dan is-settur
  • Konferma li l-istess differiment mhux se jinkludi xi interessi jew penali
  • Pawża temporanja ta’ sitt xhur fir-rata tal-VAT
  • Aġġustament temporanju għar-rati ta’ taxxa tal-impjegati
  • Emendi fil-leġislazzjoni dwar l-impjieg sabiex jippermettu flessibilta’ lil min iħaddem biex inaqqas in-numru ta’ sigħat matul ix-xhur li ġejjin
  • Assistenza diretta fil-ħlas tal-pagi għax-xhur t’April u Mejju 2020
  • Il-Leave tal-Kwarantina għandu jkun mgħobbi mill-Gvern

In-negozji li ġibdu l-attenzjoni tal-Gvern kienu –

  • Kevin Grech – Hudson holdings Ltd
  • Mario Camilleri – Big Bon Group
  • Simon Gatt Baldacchino – United Department Stores Ltd
  • Joseph Borg – Trilogy Ltd
  • Kenneth Mizzi – SAK Ltd
  • Simon Mizzi – Rubicon Ltd
  • Andrew Calascione – Supermarkets (1960) Ltd
  • Marlene Seychell – CKK Holdings
  • Nicky Camilleri – Arkadia Marketing Ltd
  • Emma Miller – Miller Group
  • Tonio Camilleri – Camilleri Group
  • Roberta Caruana Stivala – Thubmelina Ltd
  • Christine Pace – Dorkins Ltd
  • Lauro Abela – Franks Stores Co Ltd
  • Diane Izzo – Dizz Group
  • Jerome Grech – Superbrands Ltd
  • Romina Fenech – Sterling Group Ltd
  • Peter Borg – Bortex Group
  • Charles Mifsud – United Fashion Ltd