Coronavirus Lokali Saħħa

L-Air Malta b’titjira ta’ ripatrijazzjoni minn Ruma

Għada se tiġi operata titjira ta’ ripatrijazzjoni minn Ruma għal dawk il-Maltin li nqabdu fl-Italja. fid-dawl li twaqqfu t-titjiriet minn u lejn l-Italja kawża tal-imxija tal-Coronavirus.

It-titjira tal-Air Malta KM612 se titlaq minn Malta fit-7.55 ta’ filgħodu, għal dawk maqbuda Malta, filwaqt t-titjira ta’ ritorn KM613 titlaq mill-kapitali Taljana fl-10.10am.

Dawk il-Maltin u barranin li jixtiequ jirriturnaw b’dawn it-titjiriet għandhom l-ewwel iċemplu fuq in-numru +356 22042200 jew billi jibagħtu email fuq sitcen.mfea@gov.mt.