Coronavirus Futbol Sport

Protesta mill-plejers ta’ Gremio minħabba deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-futbol fil-Brażil

(Ritratt: Evening Standard)

Plejer mill-klabb Brażiljan Gremo daħlu fil-pitch lebsin il-maskri bi protesta minħabba li kellhom jilagħbu l-logħba minkejja t-tħassib dwar it-tixrid tal-coronavirus fil-pajjiż. L-ebda spettatur ma’ tħalla jidħol fl-arena. Il-plejers immexxija mill-kowċ Renato Portaluppi kellhom maskri bojod jgħattu ħalqhom. Id-direttur tal-futbol tal-klabb Paulo Luz qal li din il-protesta saret biex juru s-sapport tagħhom u l-kampjonat jitwaqqaf.

Il-plejers u l-klabbs fl-Amerika ta’ Isfel bdew jilmentaw mid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-futbol li jilagħbu l-logħbiet iżda bil-bibien magħluqa. Il-kowċ ta’ Flamengo Jorge Jesus appella biex il-futbol jitwaqqaf minħabba li l-plejers għandu bżonn ikunu protetti. Fl-Arġentina, River Plate rrifjutaw li jilagħbu fil-logħba mis-Superliga kontra Atletico Tucuman. Il-klabb minn Buenos Aires għalaq l-istadium tiegħu.