Coronavirus Internazzjonali

Rekord ta’ mwiet fl-Italja; 368 vittma f’24 siegħa

L-ahhar cifri mahruga llejla mill-awtoritajiet Taljani jindikaw l-effett devastanti li qed thalli l-krizi tal-Coronavirus fuq il-pajjiz gar taghna; 368 vittma f’gurnata wahda biss, bit-total issa jaqbez l-1,800.

Illum kien konfermat li l-kazijiet ta’ Covid-19 fl-Italja qabzu l-20,000. Minn dawn, 2,335 kienu dawk li fiequ.

F’24 siegha, il-kazijiet fl-Italja zdiedu b.2,853 wara li fil-gurnata ta’ qabel (is-Sibt) kien hemm indikazzjoni li s-sitwazzjoni kienet possibilment lahqet bdiet tistabbilizza. Izda dan zgur mhux il-kaz.

L-awtoritajiet Taljani qed jibqghu jimponu lockdown totali madwar il-pajjiz, bil-movimenti tan-nies ikunu limitati biss ghal skopijiet ta’ xoghol, xiri jew kura necessarja.