Coronavirus Internazzjonali

Saċerdot Taljan iqaddes quddiem is-selfies; ġest mill-isbaħ anke mill-Papa

50 miljun ewro mill-Gvern Taljan ghall-maskri u l-ingwanti

Dak li għamel Dun Giuseppe Corbari fil-parrocca ta’ Robbiano, mhux xi haga li ssoltu naraw.

Il-kappillan f’dan ir-rahal fin-naha ta’ fuq tal-Italja illum qaddes ic-celebrazzjoni Ewkaristika quddiem numru ta’ ritratti li jirraprezentaw lill-parrucjani tieghu. Kien Dun Giuseppe innifsu li talab lill-fidili jghaddulu selfies halli jkunu mieghu fl-ispirtu. Dan hekk kif anke l-knejjes fl-Italja ghandhom fuqhom numru ta’ resrizzjonijiet.

B’hekk, fl-eqqel tal-krizi tal-Coronavirus, il-knisja ta’ Robbiano xorta kienet “mimlija”.

Intant, xena li zgur halliet lil hafna bla kliem kienet il-mossa tal-Papa Frangisku li jerhilha lejn ic-centru ta’ Ruma kwazi wahdu, sabiex iqatta’ mumenti ta’ talb f’zewg knejjes zghar. Dan il-gest gibed lejh l-ammirazzjoni ta’ diversi Taljani li kkummentaw dwar l-umilta’ ta’ dan il-Papa.

Il-Gvern Taljan illejla laqqa’ b’urgenza l-Kabinett tal-Ministri taht il-Presidenza ta’ Giuseppe Conte. Dan sabiex tiddahhal ligi gdida li permezz taghha se jkunu qed jinghataw miljuni kbar b’beneficcju dirett ghall-ekonomija, in-negozji, u s-suq tax-xoghol.

L-Italja se tkun qed tohrog 50 miljun biex jinxtraw ingwanti ghat-tobba u l-infermieri, kif ukoll maskri protettivi.