Wara 48 siegħa bejn sema u ilma, il-Forzi Armati ta’ Malta salvat 112-il immigrant li spiċċaw fil-periklu fl-ibħra territorjali Maltin u ddaħħlu f’Boiler Wharf, fl-Isla, ftit wara l-11 ta’ filgħodu.
L-aħbar li ġew salvati l-immigranti tħabbar mill-NGO umanitarja, Alarm Phone, fuq Twitter u kkundannat lil min kien responsabbli għal dan id-dewmien krudili.
Fl-ewwel xahrejn tas-sena kienu diġà ddaħħlu aktar minn 1000 immigrant f’pajjiżna.
Minkejja dan, ħadd ma jaf fejnha jew x’sar minnha d-dgħajsa l-oħra b’49 immigrant ieħor wara li din ukoll kienet f’periklu fl-ibħra teritorjali Maltin.
//= $special ?>