Coronavirus Kummerċ Lokali Saħħa

Stabbilimenti fil-Belt jibqgħu magħluqa, u oħrajn prattikament vojta

Wara li NET News nhar il-Ġimgħa rrappurta li għalqu numru ta’ bars fil-Belt Valletta, illum numru ta’ stabbilimenti fil-kapitali Maltija baqgħu magħluqa b’responsabbiltà f’dan iż-żmien sensittiv.

Postijiet ohra bhas-Suq tal-Belt fethu, izda n-nies li dahlu f’dawn il-postijiet kienu tassew ftit minhabba l-ammonti zghar ta’ nies fil-kapitali.

Fil-fatt, il-ftit stabbilimenti li fethu l-bibien taghhom kienu prattikament vojta.

Numru ta’ ritratti li rċieva NET News matul il-ġurnata, u li qed nippubblikawhom f’dan is-sit, jixhdu dan.

Dawn huma fost il-miżuri li ħadu s-sidien biex tipproteġi s-saħħa tal-ħaddiema kif ukoll tal-klijenti ta’ dawn l-istabbilimenti.