Coronavirus Lokali Saħħa

Żewġ persuni oħra jiksru r-regolamenti tal-kwarantina mandatorja

F’dawn l-aħħar 24 siegħa, il-pulizija tal-Administrative Law Enforcement flimkien ma’ ħaddiema tad-Direttorat tas-Saħħa Pubblika u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, għamlu 134 spezzjoni.

Żewġ persuni oħra nstabu li kienu qed jiksru r-regolamenti tal-kwarantina mandatorja u għalhekk ħarġet taħrika. Dawn il-persuni ġew immultati elf ewro u jridu jsegwu l-kwarantina.  

Sa minn meta l-gvern ħabbar kwarantina mandatorja għal kull min jidħol Malta, sa issa, saru total ta’ 224 spezzjoni. Għaldaqstant kienu 4 l-każijiet fejn persuni nqabdu jiksru l-liġi u konsegwentament kellhom iħallsu multa ta’ elf ewro.