Lokali

Abela jwissi biex ma japprofittawx ruħhom

Filwaqt li l-laqgħa kienet waħda skedata biex il-Kamra tal-Kummerċ tipprezenta uffiċjalment id-dokument tagħha Viżjoni Ekonomika lill-Prim Ministru Robert Abela, il-miġja ta’ Covid-19 f’pajjiżna iddominat l-introduzzjoni ta’ din il-laqgħa.

Kien hawnhekk li Robert Abela ta x’jifhem li l-employers u n-negozji se jkollhom jerfgħu il-piż. Hu qal li filwaqt il-Kamra tal-Kummerċ qed tkun responsabbli ħafna, hu wissa biex l-industrija ma’ tikkapitalizzax minn din is-sitwazzjoni.

Kompla li ma jistax ikun li min ħarab ekonomikament għal dawn l-aħħar ħames snin, f’ġimgħa jew gimgħatejn sar fallut.

Robert Abela qal li l-Gvern u l-employer għandhom jerfgħu biċċa mill-piż filwaqt li l-ħaddiem, jekk jerfa’, se tkun biċċa żgħira. Min-naħa tiegħu, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ, il-Perit David Xuereb qal li f’dan iż-żmien ta’ inċertezza ikkawżat mill-miġja tal-virus, il-viżjoni ekonomika għandha rilevanza iktar minn qatt qabel.