Għawdex Lokali

Ambulanza tinżel waħedha bi vjaġġ ‘extra’ tal-Gozo Channel

Dalgħodu waslulna rapporti li kien hemm vjaġġ extra minn Għawdex lejn Malta biex titwassal ambulanza.

Kif jixhed dan ir-ritratt, il-vapur trakka fil-moll taċ-Ċirkewwa ftit tal-ħin ilu u fuqu kien hemm biss ambulanza waħda.

Net News hu informat li ħadd iktar ma tħalla jitla’ abbord.

Il-Ministeru t’Għawdex ma ħareġ ebda komunikat dwar dan il-vjaġġ. Lanqas il-Gozo Channel ma ħarġet stqarrija.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.