Coronavirus Internazzjonali

CORONAVIRUS: Fl-Italja aktar minn 2,400 infezzjoni f’24 siegħa

Fl-aħħar 24 siegħa l-każi pożittivi ta’ Coronavirus fl-Italja żdiedu b’2,470 b’total ta’ 23,073 każ ta’ infezzjoni attivi. Dan filwaqt li 349 tilfu ħajjithom kawża tal-virus pandemiku sabiex issa l-imwiet telgħu għal 2,158.

Dan filwaqt li illum fiequ 414 għal total ta’ 2,749. Intant, 1,851 persuna jinsabu taħt kura intensiva, 179 aktar minn l-ammont irrapportat tul il-jum ta-Ħadd.